Ara X’Inhuma S-Sinjali Ta’ Attakk Tal-Qalb Li Għandna Nkunu Nindunaw Bihom

Qalb

Il-paġna Mill-Klinika ta’ Biba qasmet tabella informattiva importanti dwar is-sinjali komuni ta’ attakk tal-qalb, speċjalment fost in-nisa.

Din it-tabella, maħruġa mill-American Heart Association taħt il-kampanja Go Red for Women, għandha l-għan li tqajjem aktar għarfien dwar sintomi li ħafna drabi jistgħu jiġu injorati.

It-tabella tenfasizza ħames sinjali ewlenin li jistgħu jindikaw attakk tal-qalb: Uġigħ jew skumdità fis-sider; Sturdament, dardir jew remettar; Uġigħ fix-xedaq, fl-għonq jew fid-dahar; Uġigħ jew skumdità fid-driegħ jew fl-ispalla; u Qtugħ ta’ nifs.

Esperti mediċi jfakkru li mhux kulħadd jesperjenza l-istess sintomi, u li fin-nisa s-sinjali kultant jistgħu jkunu aktar sottili minn dawk tradizzjonalment assoċjati ma’ attakk tal-qalb.

Din l-informazzjoni fuq il-midja soċjali twassal biex ħafna persuni jagħtu aktar kas tas-saħħa tal-qalb tagħhom u jagħrfu l-importanza li jfittxu għajnuna medika immedjatament jekk jesperjenzaw dawn is-sintomi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI