Artist Lokali Joħloq Arti Diġitali Tal-Għaġeb U Jiġbed L-Interess Ta’ Kolletturi Barranin

Cliff Falzon jew INVNT-ART, ilu tattoo artist lokali għal 12-il sena sħaħ. Meta waqt il-lockdown fil-pandemija kellu jagħlaq il-ħanut tiegħu hu beda juri interess fl-arti diġitali.

Hu beda joħloq din l-arti billi jpinġi b’idejh b’mod diġitali u biċċa arti waħda faċli toħodlu bejn 20-35 siegħa.

“Il-biċċiet tal-arti tiegħi huma xogħlijiet iperrealistiċi, ta’ fantasija u tal-fantaxjenza. Il-pitturi diġitali tiegħi huma disponibbli bħala NFTs fuq bosta postijiet tas-suq,” huwa qalilna.

“Nieħu ispirazzjoni mill-ħajja ta’ kuljum, iżda wkoll minn films li nara. Jien fan enormi tal-karikaturi, super eroj u films animati bit-3D. Kultant anke l-ħolm jispirawni – ħajti ddur fuq l-immaġinazzjoni.”

Cliff irnexxielu jiġbed l-interess ta’ kolletturi barranin li xtraw l-arti tiegħu!

L-arti inkredibbli ta’ Cliff tista’ tintwera fuq l-instagram tiegħu hawnhekk



INVART



Instagram: invnt_art



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI