Għada L-Isvizzera Se Tivvota Biex Tiddeċiedi Jekk Hijiex Se Timponi Limitu Fuq Il-Popolazzjoni Tagħha

Għada l-poplu Żvizzeru se jkollu l-opportunità li jwieġeb għal din id-domanda – tixtieq li fil-pajjiż tiddaħħal limitazzjoni li tesiġi li l-popolazzjoni ma tistax tikber iżjed minn għaxar miljun?

Jekk il-maġġoranza tivvota IVA, mela allura l-Isvizzera ssir l-ewwel pajjiż Ewropew b’limitazzjoni ta’ din ix-xorta.

Il-pajjiż iddeċieda li jniedi dan ir-referendum wara li l-opinjoni tal-pubbliku kienet waħda maqsuma f’dan ir-rigward. Għalhekk, bħalissa mhuwiex jonqos li fix-xena politika tal-Isvizzera hemm dibattitu mqanqal u mżewwaq.

Dan hekk kif, min-naħa dawk li huma favur qed isostnu li din il-limitazzjoni għandha tiddaħħal fis-seħħ fl-immedjat sabiex tiġi kkontrollata l-immigrazzjoni li huma qed isostnu li hi “bla kontroll”. Min-naħa ‘l oħra, dawk li huma kontra qed iwissu li din ir-restrizzjoni se tkun qiegħda tħalli impatt ekonomiku negattiv ferm u se twassal sabiex bosta jitilfu l-impjiegi tagħhom.

Intant, intom x’taħsbu dwar din ir-restrizzjoni? Intom favur jew kontra?







Ritratti:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI