Illum qiegħda tiċċelebra għeluq sninha Sarah Zerafa, magħrufa fuq il-midja soċjali bħala Sosa Zerafa. Sarah kitbet post għall-okkażjoni bil-kliem, "Hello 31!" waqt li rringrazzjat lil kulħadd tax-xewqat sbieħ.
Lil Sarah rajnieha wkoll bħala parti mill-panel tal-ġurija fl-ewwel u t-tieni staġun ta' Malta's Got Talent. Dan huwa t-tielet għeluq sninha bħala miżżewġa, hekk kif hi u l-imħabba ta' ħajjitha David qalu s-signor si f'Ġunju tas-sena l-oħra.
Sarah qasmet ritratti u filmati fuq il-midja soċjali fejn narawha tgawdi lejliet jum għeluq sninha, kif ukoll aktar kmieni dalgħodu hekk kif bdiet din l-okkażjoni speċjali.
Awguri mill-qalb Sarah! Ibqa' aqsam il-kreattività mill-isbaħ tiegħek!
Facebook/ Sarah Zerafa