Infrastructure Malta ħabbru, “mit-8 ta’ filgħaxija sal-5 tal-Erbgħa filgħodu, Triq it-Tiġrija, li tgħaqqad il-Marsa-Ħamrun Bypass, f’SantaVenera, ma’ Triq Diċembru 13, il-Marsa, se tkun magħluqa miż-żewġ direzzjonijiet sabiex nerfgħu f’postha l-ewwel parti tal-pont pedonali, twila 30 metru, fuq din it-triq arterjali b’4 korsiji.”
Huma jżidu, “Segwu t-tabelli lejn rotot alternattivi fl-istess inħawi. Dan il-pont ser joħloq rotot aktar siguri għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi bejn Ħal Qormi u l-Marsa.” Tassew kien hemm bżonnu dan il-pont u żgur ħa jagħmilha faċli lil dawk li jkunu jridu jaqsmu din it-triq!