Id-DJ lokali Sheron awgura lil ommu f’għeluq sninha permezz ta’ messaġġ ta’ mħabba.
Hu kitbilha, “Awguri f’għeluq sninek, lill-omm mill-aqwa. Mingħand ibnek, l-ammiratur tiegħek għal dejjem, u part-tim DJ tad-dar! Lilll-persuna li dejjem kienet maġenbi fit-tlajja u nżul kollha. Lill-persuna li vera tieħu ħsiebi u lill-familja tagħna. Inti l-unika persuna li tista’ taqrani f’mument, anke meta ma nkunx għedt kelma.”
Żied jgħid, “Għadek żgħira f’qalbek, determinata, tferraħna u tismagħna (anke meta ma nkunx nista’ nieqaf nitkellem dwar affarijiet tad-DJ) u mimlija b’tant empatija. Inti għallimtni xi tfisser li tkun resiljenti, li tibqa’ wieqfa, tiġġieled għal dak li hu sewwa, u dejjem tibqa’ miexja ‘l quddiem, minkejja l-isfidi kollha tal-ħajja.”
Nawgurawlha mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali!
Facebook / Sheron