Il-ġurnalist Mark Laurence Zammit iddedika messaġġ profond ta’ mħabba lill-maħbuba tiegħu Deborah Francalanza hekk kif illum tiċċelebra għeluq sninha u xtaq juriha kemm tfisser għalih permezz ta’ kelmtejn sbieħ.
Hu kitbilha fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta' Facebook, “Awguri f’għeluq sninek qalbi tiegħi, għalaqt disgħa u għoxrin sena. Nispera li nista’ nġiegħlek titbissem għal ħajjitna kollha.”
Ippubblikalha wkoll ritratt tagħha bi tbissima gustuża fuq fommha, biex jiċċelebra u japprezza s-sbuħija tagħha li tant jammira.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali. Nisperaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ u li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha! Awguri għażiża Deborah!
Facebook / Mark Laurence Zammit