“Awguri F’Għeluq Snin Din Il-Mara Tal-Ġenn B’Qalb Tad-Deheb” – Michelle Rausi Lil Ommha

Michelle Rausi, omm iċ-ċkejkna Francesca Rausi, awgurat mill-qalb lil ommha f’jum għeluq sninha, permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha.

Hi kitbitilha, “Awguri f’għeluq snin din il-mara tal-ġenn b’qalb tad-deheb, li bi kburija nsejħilha ommi. Aħna nħobbuk ħafna u nirringrazzjawk ta’ kollox.”

Flimkien ma’ dan il-messaġġ, ippubblikat ritratt ħelu tagħha flimkien ma’ Francesca u ommha, it-tlieta li huma bi tbissima ħelwa fuq fommhom. Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti t’awgurju, mingħand persuni li jikkunsidrawha persuna għażiża għalihom.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha mill-qalb. Nisperaw li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha u li jkollha ġurnata mill-isbaħ mal-iżjed għeżież tagħha. Awguri!

Ritratti:

Facebook / Michelle Rausi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI