Is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun Issellem Lis-Soċju Tagħha Julian Portelli

Is-Soċjeta`Mużikali San Ġużepp Ħamrun sellmet il-memorja ta’ Julian Portelli permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħhom. B’dieqa huma spjegaw kemm kien persuna b’qalb sabiħa.

Kitbu, “Is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun issellem lis-soċju tagħha Julian Portelli li għadda għall-ħajja ta' dejjem. Kif kien affezzjonalment magħruf, Ġulinu kien persuna dejjem preżenti fil-Każin u anke attiv mas-servizzi tal-Banda tas-Soċjetà tagħna.”

Taw ukoll dettalji tal-funeral, “Il-funeral ser isir Nhar l-Erbgħa 7 t'Ottubru fl-9:45am fil-Knisja ta' San Gejtanu. Agħtih O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tiegħu. Inżommuhom fit-talb tagħna u noffrulhom kuraġġ f’dan iż-żmien diffiċli. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier.

Ritratti:

Facebook / Soċjeta Mużikali San Ġużepp Ħamrun – A.D. 1889

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI