“Ħames Snin Ilu Salvajt Ħajja”: Gordon Bonello B’Appell Qawwi Biex In-Nies Jitgħallmu L-Ewwel Għajnuna

Ħames snin ilu bħal-lum, deċiżjoni sempliċi li jieħu kors tal-ewwel għajnuna bidlet lil Gordon Bonello f'eroj tal-mument hekk kif irnexxielu jsalva l-ħajja ta’ persuna li kienet qed tifga f’qassata. F'messaġġ sinċier u b'saħħtu fuq il-midja soċjali, Gordon fakkar din il-ġrajja mhux biex juri l-mertu tiegħu stess, iżda biex iqajjem kuxjenza dwar l-importanza li wieħed ikollu l-għarfien bażiku biex, jekk jinqala' l-bżonn, jintervjeni u jsalva lil ħaddieħor.

B'dispjaċir, Gordon rrifletta fuq realtá preżenti fis-soċjetà tal-lum fejn ħafna drabi n-nies joħorġu l-mowbajl biex jiffilmjaw inċident minflok ma joffru spalla u jgħinu lil min ikun fil-periklu. Huwa saħaq li l-għajnuna u t-tagħrif għandhom dejjem jiġu qabel il-vidjows, bix-xewqa li jekk xi darba jsib ruħu fl-istess sitwazzjoni vulnerabbli, isib min jagħmel l-istess għalih. Fl-istess ħin, Gordon fakkar lil kulħadd li f’każ ta’ nuqqas ta’ għarfien fl-ewwel għajnuna, l-ewwel pass immedjat għandu dejjem ikun telefonata ta’ salvataġġ fuq il-linja tal-emerġenza 112.

F'dinja mimlija skrins u distrazzjonijiet, kliem Gordon iservi ta' twissija f'waqtha dwar il-qawwa ta' azzjoni ċivika li tista' litteralment tfisser id-differenza bejn il-ħajja u l-mewt ta' persuna fit-triq.

Ritratti:

Facebook/Gordon Bonello

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI