Il-paġna tal-Facebook ta’ The Cyclist kitbet kelmtejn emozzjonanti biex tfakkar għeluq snin il-fundatur, Jack Schiavone.
“Awguri f’għeluq sninek il-Ġenna, għażiż Jack,” huma kitbu. “Illum niftakru u niċċelebraw lill-fundatur tagħna, Jack.
Raġel ta’ viżjoni, qalb tajba u integrità; il-valuri tiegħu bnew mhux biss kumpanija, iżda familja.”
“Il-passjoni, ix-xogħol iebes u l-ispirtu ġeneruż tiegħu jkomplu jiggwidawna kuljum f’dak kollu li nagħmlu.
Għalkemm m’għadux magħna, il-wirt tiegħu jibqa’ ħaj. Għal dejjem parti mill-familja ta’ The Cyclist. Dejjem mfakkar, dejjem jinħass in-nuqqas tiegħu.”
Facebook / The Cyclist