Riċentament, fuq il-programm Popolin ġie diskuss il-paranormal. Temmen jew ma teminx, dan huwa suġġett li bosta min-nies isostnu li għandhom xi esperjenzi li jirrelataw mas-suġġett.
Waħda mill-mistednin kienet proprju Antonella Vassallo. Dwarha qalu, “Antonella tgħid li l-preżenza ta’ bżieżaq tal-arja fil-wiċċ tal-ilma f’tazza mqiegħda ħdejn rasek waqt l-irqad tista’ tkun indikazzjoni tal-preżenza ta’ spirtu.”
It-teorija jew superstizzjoni li tkellmet dwarha hija waħda popolari. Għalkemm minn aspett xjentifiku teżisti spjegazzjoni, bosta min-nies jemmnu f’dan il-metodu.
X’taħseb int?