Bħalissa bosta studenti qed jiggradwaw mill-Masters tagħhom u riċentament gradwaw ukoll numru sabiħ ta’ avukati. Fosthom kien hemm David Borg, li jiġi ħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu Alex qasam ritratt u messaġġ sabiħ tal-okkażjoni.
Hu qal, “Kburin bik! Awguri, għażiż ħija David, fil-jum tal-gradwazzjoni tiegħek bħala avukat. Ninsab ċert li missierna jinsab kburi bik ukoll.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ ngħidulu awguri mill-qalb kif ukoll nixtiequ ngħidu awguri kbira lil dawk kollha li rnexxielhom jaslu s’hawn u gradwaw!