Bħal-lum għaxar snin ilu, bosta kienu tħallew imnikkta hekk kif ħarġet l-aħbar li l-attriċi veterana Connie Azzopardi kienet ħalliet din id-dinja fl-età ta’ 79 sena.
Hi kienet tiġi oħt l-attriċi mibkija iżda żgur qatt minsija, Gemma Portelli, li tibqa’ magħrufa fost l-udjenza Maltija għall-ħila impekkabbli tagħha sabiex tnissel tbissima b’mod mill-aktar spontanju.
Ma’ bosta, Connie baqgħet magħrufa l-iżjed għas-sehem tagħha fis-sensiela Villa Sunset li kienet ġiet tixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali fis-sena 2000. F’din is-sensiela, li fis-snin riċenti l-puntati tagħha reġgħu wkoll ixxandru, Connie kienet interpretat il-parti ta’ Elvira fis-serje.
Apparti minn hekk, Connie matul is-snin kienet ħadet sehem f’bosta produzzjonijiet oħrajn kemm fuq it-televixin kif ukoll fuq ir-radju.
Fakkar il-memorja ta’ din l-attriċi llum l-istazzjon tar-radju Calypso Radio li fisser kif Connie Azzopardi se tibqa’ mfakkra għall-kontribut tagħha fit-televixin, fit-teatru kif ukoll fir-radju Malti.
Strieħ fis-sliem, Connie!
Facebook / Xarabank u Calypso Radio 101.8