Messaġġ sempliċi iżda mimli emozzjoni nqasam fuq il-midja soċjali minn Johanna Camilleri, fejn hija ċċelebrat għeluq snin missierha bi kliem li mess il-qlub ta’ bosta segwaċi.
Fil-messaġġ tagħha, Johanna rreferiet għal missierha bħala “l-ewwel imħabba tagħha u l-istilla tagħha,” u qalet li l-akbar rigal li qatt tatha l-ħajja kien proprju hu – rigal li ġej minn Alla. Hija ddeskrivietu wkoll bħala eżempju sabiħ għal kulħadd u “dawl li dejjem jixgħel f’qalbha.”
Il-messaġġ intemm b’awgurju mill-qalb u t-tama għal ħafna aktar vjaġġi sbieħ flimkien, akkumpanjat minn ritratti tal-familja.
Johanna Camilleri hija magħrufa wkoll bħala l-maħbuba tal-attur Malti Heinrich Camilleri (magħruf ukoll bħala Tyron ta’ Deċeduti) u flimkien spiss jaqsmu mumenti pożittivi u awtentiċi mal-pubbliku tagħhom.
Messaġġ bħal dan ifakkarna fis-sbuħija tar-rabtiet familjari u fl-importanza li niċċelebraw lil dawk li huma l-pedament ta’ ħajjitna.
Facebook/ Johanna Camilleri