Ġimgħa oħra se jkun qed jixxandar il-finali tat-tielet edizzjoni ta’ Love Island Malta fejn dik il-koppja li jirnexxielha tasal sal-finali u ġġib l-iżjed voti mill-pubbliku se tkun qed tirbaħ il-premju ta’ €20,000.
Il-koppji li hemm bħalissa huma Evelyn u Matthew, AJ u Carmen, Cruyff u Michela, Alessia u Keenan, Sean u Yennifer kif ukoll Jean u Nazan. Hemm ukoll Nathan u Anthea li daħlu ftit jiem ilu bħala bombshells.
S’issa kien hemm żewġ koppji li qatt ħarġu rebbieħa minn Love Island Malta u dawn kienu Allen u Chelsea kif ukoll Tamika u Clinton li rebħu l-ewwel u t-tieni edizzjoni rispettivament.
Min taħsbu li jistħoqqlu jirbaħ dan l-istaġun ta’ Love Island Malta?
Ritratti: Facebook / Love Island Malta