“B’Dispjaċir U Niket Inħabbar Li Ex-Kollega U Ħabib Tiegħi Gaetano Tanti Mar Jiltaqa’ Mal-Mulej” – Gejtu Vella

L-eks segretarju ġenerali tal-UHM, Gejtu Vella, qasam kitba ta’ niket fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.  Sfortunatament ġie nieqes Gaetano Tanti li minbarra li kien kollega ta’ Gejtu fil-UHM, kien ħabib personali tiegħu, u ta’ ħafna oħrajn li bħalissa żgur jinsabu mnikkta b’din l-aħbar. 

Gejtu Vella kiteb, “B’dispjacir u b’niket nħabbar li ex-kollega u ħabib personali tiegħi Gaetano Tanti mar jiltaqa’ mal-Mulej aktar kmieni llum. Gaetano għall ħafna snin, madwar 25 sena, ħadem fil-qasam trejdunjonistiku fejn serva ukoll fost oħrajn fil-kariga ta’ President tal-Union Ħaddiema Magħqudin.”





Gaetano ħalla jibkuh lill-għażiża martu Rose, lit-tliet uliedu.  Bintu Stephanie, permezz ta’ kitba fuq Facebook, iddeskriviet lil missierha bħala “pilastru ta’ saħħa, sors ta’ mħabba u pożittività bla tarf, u dawl ta’ gwida f’ħajti.  L-imħabba u l-qalb tajba tiegħu lejn kulħadd se jkomplu jispiraw lilna lkoll.”

Strieħ fis-sliem, Gaetano.  Żomm idejk speċjalment fuq dawk li l-aktar qed jibku t-telfa tiegħek. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI