Il-paġna Kate: Writing My Story qasmet messaġġ emozzjonali dwar il-ġlieda ta’ kuljum li għaddejja minnha ċ-ċkejkna Kate, filwaqt li wriet kemm tibqa’ determinata u kuraġġuża minkejja d-diffikultajiet.
Apparti l-messaġġ huma xerrdu filmat li juri lil Kate tissielet biex tasal fejn tixtieq. Il-paġna tgħid kif kull ġurnata hi diffiċli, iżda hemm ġranet li jkunu aktar iebsin minn oħrajn.
Hija spjegat li dakinhar kellha taħdem ħafna waqt is-sessjonijiet intensivi tagħha u ammettiet li ma ħassithiex kapaċi tibqa’ b’saħħitha, tant li bkiet.
“Ngħejja. Nirrabja. U xi kultant nixtieq biss inkun tifla normali ta’ seba’ snin. Imma anke fl-iktar jiem diffiċli tiegħi, nibqa’ nipprova.”
Minkejja kollox, hija sostniet li anke fl-aktar mumenti diffiċli tibqa’ tipprova, għax din hija l-istorja tagħha u għadha qed tiktibha. Kuraġġ dejjem Kate!
Facebook/ Kate: Writing My Story