“B’Sobgħa Nħabbru L-Mewt Ta’ Joseph Vella” – Paroċċa Marija Addolorata

Sfortunatament illum tħabbret il-mewt ta’ Joseph Vella, raġel maħbub tant mill-komunità ta’ San Pawl il-Baħar. Huwa kellu 71 sena,

“B’sobgħa nħabbru l-mewt ta’ Joseph Vella ta’ 71 sena li kien joqgħod Triq iċ-Cagħaq fil-PArroċċa tagħna,” kitbu fuq il-paġna tal-Facebook tal-Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar.

Fuq il-paġna, flimkien ma’ ritratt tifkira ta’ Joseph, ġew imħabbra d-dettalji tal-funeral, “il-funeral tiegħu se jsir fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, n-Naxxar, għada l-Ġimgħa 10 ta’ Settembru fis-2.00pm.”

Ħafna kitbu jagħtu l-kondoljanzi tagħhom u jesprimu d-dispjaċir tagħhom għal din it-telfa.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familja u l-qraba.

Facebook/Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI