Bandit U Rocky Qed Ifittxu D-Djar Dejjiema Tagħhom

Animal Welfare Gozo laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Bandit u Rocky f’kitbiet separati, fejn it-tnejn li huma qed ifittxu l-familja u d-dar dejjiema tagħhom.

Huma qalu li Bandit huwa qatus li ġie salvat minn ġo siġra wara li ma setgħax jinżel minnha. Bandit huwa mlaqqam, għandu l-microchip, u ngħata t-trattament kontra d-dud u l-briegħed. L-aktar dar ideali tkun waħda fejn ikun hemm qattus ieħor biex iżommlu l-kumpanija. Bandit irid jiġi msewwi meta jagħlaq sitt xhur.

Min-naħħa l-oħra, Rocky huwa qattus li għandu 7 ġimgħat, fejn sfortunatament ġie abbandunat fuq l-għatba tad-dar ta’ xi persuna. Għandu l-istess vaċċini u trattament bħal Bandit, jeħtieġ li jiġi msewwi wkoll ta’ 6 xhur, u d-dar ideali tkun waħda fejn diġa hemm qattus ieħor.

Hawn xi ħadd għalihom?

Ritratt:

Animal Welfare Gozo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI