“Inħares Lejn Dawk Il-Kotba Kollha, Fosthom Anke Dawk Li Ktibt Jien, U Nħoss Sens Kbir Ta’ Sodisfazzjon U Gratitudni” – Sharon Calleja

Dawk li jħobbu l-letteratura Maltija persważ li ġie f’idhom xi ktieb minn ta’ Sharon Calleja, awtriċi li kitbet bosta kotba fosthom, Cagħaq, Rubini u Friefet. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha qasmet messaġġ dwar il-kotba, u d-dinjiet li wieħed jista’ jaċċessa minn ktieb wieħed.

Qalet, “Kemm inħossni emozzjonata kull darba li nżur il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u nieqaf quddiem l-istand tal-BDL Books! Inħares lejn dawk il-kotba kollha, fosthom anke dawk li ktibt jien, u nħoss sens kbir ta’ sodisfazzjon u gratitudni.”

Żiedet, “Kull ktieb huwa dinja differenti, kull storja hija vjaġġ ġdid, u wara kull paġna hemm ħolma li xi darba bdiet minn sempliċi idea. Din is-sena hemm ukoll l-aħħar rumanz tiegħi Ġwienaħ tal-Fidda, storja oħra li nittama li qiegħda ssib postha fil-qlub tal-qarrejja.”

Temmet tgħid, “Grazzi mill-qalb lil kull min jagħżel li jidħol f’waħda mid-dinjiet li noħloq. Għax għal min jikteb, m’hemmx sodisfazzjon isbaħ milli jara l-istejjer tiegħu jieħdu l-ħajja f’idejn il-qarrejja.”

Ritratt:

Sharon Calleja II

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI