“Fi Tmiem Il-Ġimgħa Kienu Arrestati Żewġ Persuni Li Tressqu Fuq Traffikar Ta’ Dan It-Tip” – Il-Ministru Glenn Bedingfield

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru Glenn Bedingfield qasam messaġġ relatat mal-ġlieda kontra d-droga.

Qal, “Irridu nnaddfu t-toroq tagħna minn dan it-traffikar tad-droga. Din m'hijiex Malta li rridu. Fi tmiem il-ġimgħa kienu arrestati żewġ persuni li tressqu fuq traffikar ta' dan it-tip. Fejn min ibiegħ, mingħalih li se jeħlisha għax ikollu ammonti żgħar.”

Żied, “Fil-ġlieda kontra d-droga kollox jgħodd, ammont żgħir jew kbir jagħmel id-differenza. Nappella għal aktar għajnuna mill-pubbliku u nerġa' ngħid illi min bi ħsiebu jitraffika d-droga, jaħsibha darbtejn.”

Ritratt:

Glenn Bedingfield

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI