Aidan, ir-rebbieħ tal-Malta Eurovision Song Contest 2026, żvela sorpriża eċitanti fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Hu ħabbar li se jkun qed joħroġ mużika ġdida li bla dubju se togħġob lis-segwaċi tiegħu.
Hu spjega, “Peress li ġejt magħżul biex nirrappreżenta lil Malta fi Vienna, bdejt nikkonkludi xi ħaġa speċjali ħafna – it-tieni studio album tiegħi ‘Cowboys Don’t Cry’ li se joħroġ fl-20 ta’ Marzu. Ninsab ħerqan biex naqsam magħkom il-mużika ġdida tiegħi!”
Nawgurawlu mill-qalb għall-prestazzjoni tiegħu fi Vienna. Is-suċċess tiegħu fil-karriera tal-mużika, anke b’mod internazzjonali, qed tagħmel lil Malta kburija mmens. Nifirħulu għal dan l-album il-ġdid, u ninsabu ferm eċitati biex nisimgħuh!
Facebook / AIDAN