“B’Sorpriża Sirt Naf Li Għamlu Karru Żgħir Bil-Figura Tiegħi” – Oliver Scicluna

Permezz ta’ messaġġ t’apprezzament, l-attivist lokali Oliver Scicluna rringrazzja lill-kollegi tiegħu t’Aġenzija Sapport li ddeċidew jagħtuh sorpriża kreattiva mmens. Huma għamlulu karru żgħir ikkulurit il-ġmiel tiegħu, b’figura tiegħu fin-nofs.



Hu kiteb, “Din is-sena l-kollegi għażlu t-tema tal-Hip Hop u b’sorpriża sirt naf li għamlu karru żgħir bil-figura tiegħi ta’ meta kont niżfen il-Breakdance. Dalgħodu xtaqt inkun magħkom mhux biss biex niċċelebraw l-arti tal-Karnival iżda l-ħidma ta’ dawk kollha li ħadmu fuq l-inizjattiva tal-Karnival għat-tielet sena konsekuttiva. Prosit kbira kollegi.”



Kemm hi xi ħaġa sabiħa li jkollok kollegi li japprezzawk b’dan il-mod! Nagħtuhom prosit kbira għaliex verament irnexxielhom jagħmlu karru sabih!



Ritratti:

Facebook / Oliver Scicluna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI