AIDAN Mistieden Fin-Norveġja Għall-Akbar Avveniment Tal-Eurovision Fir-Reġjun Nordiku

Aidan Cover

Ir-rappreżentant Malti għall-Eurovision, AIDAN, se jkun qed jagħti l-ewwel prestazzjoni tiegħu f’Oslo, in Norveġja, fil-21 ta’ Marzu waqt “The Nordic Eurovision Party”. Dan l-avveniment huwa rikonoxxut bħala l aqwa avveniment promozzjonali għall-Eurovision fir-reġjun Nordiku.

L-attività live se tlaqqa’ flimkien diversi artisti assoċjati mal-Eurovision Song Contest, inkluż favoriti mill passat kif ukoll kantanti ġodda li qed iħejju għall-konkors ta’ din is-sena f’Mejju.



Dwar iż-żjara tiegħu f’Oslo, AIDAN stqarr: “Din hija l-ewwel darba li se nkun qed nagħti prestazzjoni fin Norveġja u ninsab ħerqan ħafna biex niltaqa’ mal-udjenza lokali. Il-kanzunetta ‘Bella’ diġà għandha bażi b’saħħitha ta’ semmiegħa fin-Norveġja fuq YouTube u Spotify, u n-Nordiċi minn dejjem urew appoġġ kbir lejn il-mużika tiegħi.”



Matul iż-żjara tiegħu fil-kapitali Norveġiża, AIDAN se jkun qed jieħu sehem ukol f’numru ta’ dehriet fuq il-midja lokali.

Dan il-vjaġġ jifforma parti mit-tour promozzjonali ta’ AIDAN qabel il-Eurovision Song Contest, fejn se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fis-70 edizzjoni tal-kompetizzjoni li se ssir fi Vjenna f’Mejju li ġej.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, ġie kkonfermat ukoll li AIDAN se jkun qed jipparteċipa fil-London Eurovision Party, skedat li jsir aktar tard f’April.



Ritratti:

AIDAN

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI