Il-kantant AIDAN stqarr li l-kanzunetta tiegħu ‘Bella’ li biha mistenni jirrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej, hija ddedikata lill-għażiża ommu li jsemmi li dejjem appoġjatu sabiex seta’ jwettaq il-ħolma tiegħu li jsir kantant; ħolma li twieldet fih meta kien għadu tifel u kellu biss 7 snin.
Hu tenna dan ilbieraħ f’intervista li ħa sehem fiha fil-Bulgarija fl-iżjed programm ta’ filgħodu popolari fil-pajjiż. Matul din l-intervista AIDAN tkellem ukoll dwar il-passjoni kbira li kemm il-poplu Bulgariż kif ukoll dak Malti t-tnejn għandhom lejn il-Eurovision Song Contest.
Ħa l-opportunità sabiex ifaħħar l-artisti Bulgariżi li ipparteċipaw fil-Eurovision Song Contest tal-Bulgarija u saħaq li bit-talent straordinarju tagħhom taw għażla tajba ħafna lill-poplu Bulgariż.
AIDAN sostna li jinsab ħerqan ferm sabiex f’Mejju li ġej itella’ fuq il-palk tal-Eurovision ilsien art twelidu, l-ilsien Malti. Dan hekk kif il-kanzunetta tiegħu hija komposta b’taħlita ta’ tlett lingwi li jinkludu l-lingwa Ingliża, dik Taljana u fuq kollox dik Maltija.
Mistoqsi iżjed dwar il-kanzunetta tiegħu, AIDAN sostna li ‘Bella’ m’hijiex kanzunetta kwalunkwe u ddeskriviha minflok bħala “poeżija ta’ mħabba”.
One week since the Malta #Eurovision final! 🌹 A special moment I shared with my biggest supporter- my mom! #Bella pic.twitter.com/AzJsLnjPJs
— AIDAN (@AIDANOfficial__) January 24, 2026
Nawguraw lil AIDAN l-aqwa riżultat f’din l-esperjenza tant inkredibbli!
X / AIDAN u YouTube / TVM