Belle Tfittex Il-Kumpanija Ta’ Kevin Borg U L-Maħbuba Tiegħu B’Mod Kemxejn Differenti!

Xi drabi huma l-aktar mumenti sempliċi li jġibulna tbissima fuq wiċċna. Hekk ġara fil-każ tal-kantant Malti Kevin Borg, li qasam ritratt ħelu tal-qattusa tiegħu Belle waqt li tither mistrieħa komda komda fuq sufan, maġenb imħadda stampata b’ritratt tiegħu u tas-sieħba tiegħu.

Fil-messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Kevin kiteb: “Belle, l-hena tagħha toqgħod ħdejna jew f’dan il-każ ħdejn l-imħadda bir-ritratt tagħna,” stqarr bi tbissima.Messaġġ sempliċi iżda li juri r-rabta speċjali li ħafna sidien għandhom mal-annimali tagħhom.



Ir-ritratt malajr ġibed l-attenzjoni tas-segwaċi tiegħu, b’ħafna jikkummentaw kemm Belle tidher komda u kuntenta qrib l-uċuħ familjari tas-sidien tagħha. Mhux l-ewwel darba li l-annimali domestiċi juru kemm huma marbuta man-nies li jieħdu ħsiebhom. Ħafna drabi dawn ifittxu l-kumdità f’riħa, xi ħewjjeġ, vuċi jew anke f’immaġni li tfakkarhom fis-sidien tagħhom.



Belle ċertament tidher li sabet il-post favorit tagħha għall-mistrieħ – eżatt ħdejn Kevin u l-mara tiegħu, anke jekk f’dan il-każ kienu biss stampati fuq imħadda!



Ritratti:

Fb/ Kevin Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI