Bjorn Formosa qasam mument ta’ gratitudni fuq il-midja soċjali hekk kif irringrazzja lil Sanjeev għall-paċenzja, il-kura u d-dedikazzjoni li jurih kuljum.
F’ritratt li tella’ fuq Instagram, Bjorn kiteb: “Grazzi Sanjeev tal-paċenzja li tieħu bija u kemm tieħu ħsiebi. Huwa żied ukoll messaġġ bl-Ingliż fejn faħħar lil Sanjeev għall-mod kif dejjem jieħu ħsiebu u għall-appoġġ kontinwu li jagħtih, “Ħaqqek it-titlu ta’ ‘Employee of the Month’ ta’ Mejju!”
Il-messaġġ ta’ Bjorn ifakkarna fl-importanza li napprezzaw lil dawk li jaħdmu bla waqfien biex jieħdu ħsieb ħaddieħor, ħafna drabi wara l-kwinti mingħajr ma jistennew xejn lura.
Dan il-ġest sempliċi iżda sinċier ġibed l-attenzjoni tas-segwaċi tiegħu, li wkoll faħħru l-ħidma u d-dedikazzjoni ta’ Sanjeev.
Instagram/ Bjorn Formosa