Proprju bħal-lum 36 sena ilu, il-ħolma ta’ għexieren ta’ eluf ta’ Maltin li kienu jħarsu b’ammirazzjoni lejn il-Papa Ġwanni Pawlu II u l-ħidma tiegħu bħala Mexxej tal-Knisja Kattolika saret realtà.
Dan hekk kif dakinhar il-Papa beda l-ewwel żjara tiegħu f’pajjiżna; żjara li damet madwar 3 ijiem u fiha żar diversi postijiet prominenti madwar Malta u Għawdex.
F’dik l-okkażjoni l-Maltin kienu ħarġu minn djarhom bi ħġarhom sabiex jagħtu merħba xierqa lil dak il-Mexxej tal-Knisja Kattolika li kien stabilixxa drawwa li għadha tiġi segwita sal-lum il-ġurnata mis-suċċessuri tiegħu fejn il-Papa jżur diversi pajjiżi b’mod regolari u jxerred it-tagħlim Kristjan.
Xi 11-il sena wara, il-Papa Ġwanni Pawlu II kien reġa’ għal darb’oħra żar il-gżejjer Maltin.
Facebook / The Beauty of Malta u Parroċċa San Sebastjan