“Bħal-Lum Ħdax-Il Sena Ilu, Ġejt Narak L-Isptar. Niftakar Li Tlabt Lill-Madonna Ta’ Pinu” – Toni Busuttil Lil Ommu

Toni Busuttil, fuq il-mezzi soċjali tiegħu, ifakkar il-ġurnata li ommu ħallietu għall-ħajja ta’ dejjem.

Hu qal, “Kif qatt nista’ ninsa din il-ġurnata?!!! Bħal-lum ħdax-il sena ilu, ġejt narak l-isptar. Niftakar li tlabt lill-Madonna ta’ Pinu u bis-santa tagħha fuq moħħok għidtilha, ‘Madonna ma rridx inkun egoist għax qatt ma kont, nixtieq li tibqa’ miegħi, imma ma rridx naraha tbati, u għalhekk f’idejk se nerħi dak kollu li hemm destinate li jsir.’ Dik il-lejla Ma, ma ftaħtx għajnejk, kont wisq batuta, imma meta għedtlek, ‘għada nerġa’ niġi narak’ ftaħt għajnejk u tajtni ħarsa li ma nistax inneħħi minn quddiem għajnejja.”



Żied jgħid, “Bħal qisek ridt tgħidli, ‘ibni, għada tiġix għax jien mhux se nkun hawn. Mur u kun imbierek.’ Dak il-ħin ma fhimtx li ridtx tgħidli, għax kieku kont nibqa’ ħdejk il-lejl kollu. Ħsibt li kien fadallek, ħsibt li kont se narak tirkupra, ittamajt. Imma kont żbaljat, għax kmieni filgħodu kelli t-telefonata li qatt ma xtaqt nirrispondi.”



Kompla jikteb, “Grazzi ma talli tellajtni raġel, grazzi ta’ dak kollu li għamilt għalija. U għal ħdax-il darba qed nerġa’ ngħix l-aħħar mumenti li kellna flimkien. Inħobbok wisq għażiża tiegħi. Hu ħsieb lili u lil oħti minn fejn missieri.”

Ippubblika wkoll filmat magħmul bl-AI, ta’ ritratt li ttieħed ma’ ommu meta kien għadu tarbija, u rringrazzja lil Mark għal dan il-filmat.



Ritratti:

Facebook / Toni Busuttil

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI