“Bħal-Lum Sena Ilu… Dik Li Bdiet Bħala Esperjenza, Saret Lezzjoni Fir-Reżiljenza” – Jay Vella

Jay Vella

Jay Vella, ir-rebbieħ tal-ewwel staġun ta’ Big Brother Malta, qasam filmat li juri mumenti sbieħ u indimentikabbli li għadda minnhom ġewwa d-dar ta’ Big Brother, bejn Jannar u April 2025.

Jay jikteb messaġġ ta’ gratitudni u nostalġija dwar din l-esperjenza.

“Bħal-lum sena ilu, nfetħu l-bibien tad-dar ta’ Big Brother Malta għall-ewwel darba – u beda vjaġġ li kien se jibdilli ħajti għal dejjem. Meta dħalt f’dik id-dar, ma kelli l-ebda idea kemm kienet se tittestjani, tifformani, u timbuttani biex nikber taħt pressjoni u skrutinju kostanti.”

Jay ikompli jikteb, “Dak li beda bħala esperjenza, sar lezzjoni fir-reżiljenza, l-awtentiċità, u li tibqa’ tkun min verament int, irrispettivament minn min ikun qed isegwi. Li nkun parti mill-ewwel staġun – u aktar tard l-ewwel rebbieħ tiegħu – hija xi ħaġa li dejjem se nkun kburi biha.”

Hu jinsab tant grat lejn kull min tah appoġġ, emmen fih u kien parti minn dan il-vjaġġ memorabbli.

Prosit Jay! Tassew kont urejt il-persuna b’tant kwalitajiet sbieħ li int!







Ritratti:

Facebook/ Jay Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI