Bħal-Lum Twieled Elvis Presley Magħruf Bħala R-Re Tar-Rock & Roll

Bosta llum minn madwar id-dinja qed ifakkru l-memorja ta’ Elvis Presley, jew kif ħafna kienu jsibuh, ir-re tar-Rock & Roll. Dan hekk kif kieku għadu fostna llum kien ikun qed jiċċelebra l-età ta’ 91 sena.

Minkejja li ħalla din id-dinja kważi 50 sena ilu, dan il-ġgant fid-dinja internazzjonali tal-mużika għadu fil-qalb ta’ bosta semmiegħa tant li ħafna għadhom ifittxu l-kanzunetta li kien ikanta hu sal-lum il-ġurnata.

Jissemma li matul ħajtu Elvis tant kien kiseb suċċess fil-karriera tiegħu li kien sar popolari daqs mexxejja tad-dinja bħall-Papa u l-President tal-Amerka.

Tant hu hekk li l-kanzunetti tiegħu kienu jinxtraw minn għexieren ta’ miljuni.



Jistrieħ fis-sliem!





Ritratti:

Facebook / Elvis Presley

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI