Il-preżentatriċi Mireille Bonello illum tiċċelebra għeluq sninha. Mireille għandha esperjenza twila bħala preżentatriċi.
Preżentat il-programm Sas-Sitta fost l-oħrajn, kif ukoll Kikkra Tè fuq NET TV, flimkien ma’ Valerie Vella u Marco Calleja. Apparti minn hekk Mireille rajnieha anke bħala attriċi lura fit-tielet staġun ta’ Dejjem Tiegħek Becky.
Mireille tikteb, “Sena akbar… Grazzi ħafna għall-messaġġi, it-telefonati u l-awguri sbieħ kollha ta’ għeluq snini.” Qasme anke ritratt għall-okkażjoni.
Awguri mill-qalb! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem.