Il-ħidma tagħha fil-komunità u f’pajjiżna inġenerali ma tieqaf qatt u kulħadd japprezza l-ħeġġa li għandha.
Apparti l-karriera, il-Ministru Julia Farrugia Portelli għandha l-irwol prezzjuż ta’ omm u dan hi tagħtieh importanza kbira. Fuq il-midja soċjali hi xeħħtet ritatt ma’ bintha u wriet kemm taqbel mal-fatt li “dak il-ħin li tkun ma’ bintek kuljum, kemm ikunu mumenti li tagħti l-massimu tal-attenzjoni fihom.” Tisħaq ukoll li llum kienet ġurnata li tkun qed tistenna – dik li tqatta’ ħinha ma’ bintha. “Fl-aħħar, illejla għandna ftit sigħat waħedna”.
Il-ħin iddedikat għall-familja u dawk kollha qrib tagħna għandu jkun hemm! Ċert li ħafna ġenituri oħrajn jafu kemm huma prezzjużi dawn il-mumenti u jgħixuhom bl-aħjar mod. U hekk għandu jkun!