Il-pubblikazzjoni tal-ktieb ġdid tal-awtur Gerard James Borg tasallu ġurnata importanti oħra għalih! Illum, 19 ta’ Settembru Gerard qed iniedi l-ktieb ġdid li ħadem fuqu dal-aħħar, Sliema Wives The New Breed. Gerard xi ġimgħat ilu rringrazzja lil kulħadd tas-sapport u l-interess, hekk kif l-interess għal din l-istorja beda jintwera minnufih, “Ninsab grat waqt li nara l-entużjażmu tagħkom għall-ktieb ġdid tiegħi. Kunu lesti għall-publikazzjoni nhar il-Ħadd 19 ta’ Settembru. Ħjiel… ser ikun tal-ġenn u ta’ pjaċir!”
Illum wasal il-mumenti li jinħareġ! Gerard jikteb, “Ninsab eċitat immens biex naqsam magħkom il-ktieb ġdid tiegħi u l-promo… Ħa jagħtukom drama, sess, gossip, spettaklu, qtil… u ħafna u ħafna patos!” Gerard jaqsam fuq il-profil tiegħu anke l-ħolqa għall-filmat tal-promo li jinsab fuq Youtube.
Il-kummenti tas-segwaċi u tal-pubbliku inġeneral ma naqsux hekk kif issa aktar minn qatt qabel kulħadd jinsab eċitat u ħerqan biex jaqra din l-istorja u jidħol fiha! Prosit u Awguri għażiż Gerard – ninsabu ċerti li dan ser ikun suċċess ieħor!