Is-Sajf Malti kważi kważi jinħass vojt mingħajr festi. Huma parti minna, anke għal dawk li ma jħobbuhomx daqshekk. Imma bla ma trid tħoss dak l-ispirtu, saħansitra meta ssuq fit-toroq Maltin u Għawdxin u tara l-armar lest. li jżejjen l-ibliet u l-irħula tagħna.
Imma din is-sena, sa ftit żmien ilu bħal donnu kien hemm taqtiegħ il-qalb li mhux se ngawdu l-festi minħabba l-pandemija tal-Covid-19 u r-restrizzjonijiet li ġabet magħha. Imma fl-1 ta’ Lulju, daret ftit il-folja u l-festi kienu se jsiru b’pellegrinaġġi.
Għadda aktar żmien, u rajna postijiet li anke l-baned daqqew fosthom fin-Nadur Għawdex u l-Kurja ħabbret li l-baned jistgħu jieħdu sehem matul il-pruċissjoni. Id-dilettanti jistennewh dan iż-żmien.
Il-Karkariżi tal-Għama, illum bdew itellgħu l-arbli. Inzertajna dan il-filmat, li jagħti grinta lil ħafna oħrajn, li wara l-maltemp dejjem jiġi l-bnazzi.
Viva l-festi tagħna u l-kultura sabiħa li għandna!
Ritratt: Facebook/ Frederick Zammit/ Antoinette Debono