Ħafna jgħidu li ma jaqblux mal-kunjata iżda filkas ta’ Andrew Fiorini Lowell mhux il-każ! Dawk li jsegwu x-xena mużikali mhux l-ewwel darba li raw lil Andrew fuq il-midja soċjali f’xi filmat idoqq jew jieħu sehem f’xi serata permezz tal-vjolin.
Ilbieraħ tella’ filmat, b’differenza minn dawk tas-soltu għax tella’ filmat idoqq il-kanzunetta Edelweiss flimkien mal-kunjata tiegħu Clementina Pisani, b’tislima lill-attur Chrisopher Plummer li rajnieh jinterpreta l-parti tal-Kaptan fil-musical popolari The Sound of Music.
Sewwa jgħidu li l-mużika tgħaqqad lil nies ta’ kull età.
Facebook / Andy F Electric Violinist