Bil-Filmat: Ara X'Kellu Xi Jgħid Ġorġ Tal-Mużew F'Għeluq Sninu!

Bħal ma ħabbarna dalgħodu, llum Ġorġ tal-mużew jagħlaq 94 sena u bħalissa jinsab rikoverat fir-residenza ta’ San Vinċenz. L-Onor. Anthony Agius Decelis żar lil Ġorġ aktar kmieni llum. Anthony ddeskriva lil Ġorġ bħala, “Persuna li juża l-kelma b’mod meqjuż, sabiex b’kelma jew tnejn iferraħ u jagħti kuraġġ lill-poplu tagħna”.





Ġorġ lanqas laħaq ra l-bukett tal-fjuri li ppreżentawlu li ma qabbilx waħda, “Ninsa d-dwejjaq u l-buri għax quddiemi qed nara l-fjuri”. F’għeluq sninu, Ġorġ fakkarna sabiex inkunu nies ta’ qalb ħanina, ferħanin u bi tbissima. Ara l-filmat: 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI