Dal-aħħar ħafna kienu dispjaċuti li minħabba raġunijiet ta’ saħħa, il-kantanta ta’ suċċessi kbar Celine Dion, kellha tħassar il-kunċert tagħha f’Malta u f’pajjiżi oħra. Celine hi stilla tant maħbuba, daqs kemm huma Andrea Boccelli, Lady Gaga u John Legend, li flimkien magħhom u mad-daqq tal-pjanu ta’ Lang Lang, interpretaw il-kanzunetta The Prayer.
Wara ħafna żmien, Celine Dion u Andrea Bocelli reġgħu ngħaqdu flimkien maż-żewġ kantanti l-oħra biex ikantaw din il-kanzunetta li tibqa’ waħda kbira.
Il-filmat sar għall-kunċert ta’ benefiċċju Together at Home u jpoġġi erba’ talenti vokali ewlenin fid-dinja flimkien mad-daqq tal-pjanu sabiħ ta’ Lang Lang. Dion tiftaħ il-kanzunetta b’dik il-vuċi unika tagħha, segwita minn Lady Gaga, li wkoll tagħti interpretazzjoni mill-isbaħ.
John Legend ukoll jagħti l-interpretazzjoni mill-aqwa tiegħu. Il-filmat deher 9.1 miljun darba u tistgħu tisimgħuh hawn taħt;