Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Glen Ciantar qasam mas-segwaċi tiegħu idea sabiħa għal Vjal Santa Luċija, fejn tkellem ukoll dwar il-fat li mjux kull proġett irid ikun wieħed kbir.
Hu qal, “Vjal Santa Luċija – minn spazju wiesa’ u kważi bla użu għal promenade moderna b’mogħdija għall-mixi u bicycle lane. Mhux kull proġett irid ikun wieħed kbir. Xi kultant, bi ppjanar tajjeb u ftit viżjoni, nistgħu nittrasformaw spazji li llum ma jintużawx f’postijiet li jagħmlu differenza fil-kwalità tal-ħajja.”
Kompla billi żied jgħid, “Aktar dell, aktar sigurtà, aktar mobilità sostenibbli u aktar spazji li n-nies jistgħu verament igawdu. X’taħsbu? Tixtiequ taraw aktar trasformazzjonijiet bħal dawn madwar Malta?”
Glen Ciantar