Bil-Filmat: “Din Id-Dikjarazzjoni Kienet Tassew Sorpriża Iżda Mlietli Qalbi Bil-Ferħ” – Marvic Jesprimi Gratitudni Lejn Josline

Josline u Marvic

Ir-rabta ta' ħbiberija bejn Josline u Marvic, li bdiet matul l-ewwel staġun ta' Big Brother Malta, għadha b'saħħitha sal-lum.

Waqt Kellymni - il-podkast ta' Gwida, Josline tkellmet b'emozzjoni dwar kemm Marvic ifisser għaliha, filwaqt li rringrazzjatu talli dejjem aċċettaha kif inhi.

Hija qalet li kliemu kien sorpriża sabiħa li mliet qalbha bil-ferħ, u wera kemm il-ħbiberija tagħhom baqgħet tikber anke wara li ntemm il-programm.

Min-naħa tiegħu, Marvic qasam il-filmat fuq il-paġna tiegħu u esprima l-gratitudni tiegħu lejn Josline. Huwa rringrazzjaha tal-kliem sabiħ li qalet fuqu u ta x'jifhem li japprezza ħafna r-rabta sinċiera li bnew bejniethom.

"Din id-dikjarazzjoni kienet tassew sorpriża

Ir-reazzjoni tiegħu ntlaqgħet b'mod pożittiv mis-segwaċi, li faħħru l-ħbiberija ġenwina li għadha tgħaqqad lil dawn iż-żewġ eks parteċipanti ta' Big Brother Malta. Segwi l-poddata sħiħa ta' Josline HAWN

Nieħdu l-okkażjoni nawguraw lil Marvic f'għeluq sninu!

Ritratti:

Instagram/ Marvic Cam

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI