“Ipprova Kun Dak Li Tixtieq Li Jkunu Oħrajn Għalik” – Ivan Grech B’Messaġġ Qawwi Dwar L-Empatija U T-Tama

Ivan Grech qasam messaġġ mimli riflessjoni dwar kemm il-kura, is-smigħ u l-fehim jistgħu jagħmlu differenza enormi fil-ħajja ta' persuna li tkun għaddejja minn mumenti diffiċli. F'post fuq il-midja soċjali, il-kantant sostna li xi kultant "il-fehim u l-kura ta' persuna jistgħu jsiru s-salvataġġ tal-ħajja ta' oħra," filwaqt li rrimarka li dan l-appoġġ ħafna drabi jasal minn nies li wieħed lanqas ikun qed jistenna.

"Imberkin dawk li jagħtu t-tama lill-oħrajn billi jisimgħuhom u jifhmuhom. Huma jiftħu bieb mid-dlam għad-dawl u jibnu pont lejn it-tama u t-tbissim anke fl-aktar mumenti ta' niket," kiteb Grech. Huwa ħeġġeġ ukoll biex napprezzaw lil dawk li jibqgħu magħna "fit-tajjeb u l-ħażin", filwaqt li sostna li huma dawn in-nies li jżommu d-dinja ddur.

Fl-aħħar tal-messaġġ tiegħu, Ivan appella biex kull wieħed u waħda minna nippruvaw inkunu dak li nixtiequ li oħrajn ikunu għalina. "Ipprova kun dak li tixtieq li jkunu oħrajn għalik... Kun hemm," temm jgħid.

Grech temm il-post billi stieden lis-segwaċi tiegħu biex jiltaqgħu miegħu fil-kunċert tiegħu waqt il-Beerfest, fis-27 ta' Lulju, filwaqt li rringrazzjahom tal-appoġġ u l-imħabba li dejjem juruh.

Ritratti:

Facebook / Ivan Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI