Illum tagħlaq sninha s-soru maħbuba immens, Suor Michaela Paris imwielda r-Rabat, Malta.
Fl-1988 Suor Michaela ingħaqdet mas-Sorijiet Ursolini tal-Kongregazzjoni Sant’Anġla Merici u serviet fid-Dar tagħhom ta’ Tas-Sliema għal ħamsa u għoxrin sena tgħallem lit-tfal tal-Kindergarten.

Il-mużika minn dejjem kienet għal qalbha, ta’ 17-il sena temmet l-istudji tagħha fil-pjanuforte mar-Royal School of Music, Londra u l-Mużiċisti mat-Trinity College. Hi ddoqq il-pjanu, l-armonika, il-Kitarra u r-recorder fl-attivitajiet tal-iskola.
Hija saret membru tal-Kor Sant’Anġla meta ngħaqdet mal-kongregazzjoni u bdiet tikkomponi u tikteb il-mużika u l-kanzunetti tagħha stess. Lura fl-2015, waqt il-Malta Eurovision, Suor Michaela kienet parti mill-grupp Eclesia Sisters, fejn kienu pparteċipaw bil-kanzunetta Let Go.

Waqt il-podcast ta' Gwida, Kellymni, Suor Michaela kienet irrakkuntat diversi episodji minn ħajjitha, fosthom meta ħasset is-sejħa li tibda l-vjaġġ tagħha ta' din il-vokazzjoni ta' soru.
F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlek f'dan il-jum għażiż u nittamaw li jkollok sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbek.