Nhar is-Sibt li ġej waqt Umani ppreżentat mill-bravissima Maria La Barokka, jidher li ser ikun wieħed interessanti u ħa jħalli impatt.
Il-mistiedna ser tkun Gwen minn Gwen’s Kitchen, tifla ta’ 8 snin li jidher li tgħidha kif tħossha u taf titkellem daqs mara matura! “Jien ferħana b’dak kollu li jkolli” it-tifla tenniet. Hi tgħid li jekk ikollha xi ħaġa, mhux se toqgħod tixtieq li kellha verżjoni isbaħ jew xi ħaġa isbaħ minnha, iżda tkun kuntenta biha.
Il-preżentatriċi Maria La Barokka tikkummenta dwar dan: “UMANI ta’ nhar is-Sibt li ġej se jkun ftit differenti….il-pożittivita’ ġenwina ta’ tifla ta’ 8 snin li temmen bil-qalb kollha li nistgħu npinġu dinja isbaħ għal xulxin..jekk inħobbu lil xulxin.”
UMANI, nhar is-Sibt li ġej!