Bil-Filmat: Donnu Nstab Xi Ħadd Li Jista' Jieħu Post Keith Demicoli B'Mod Immedjat!

Tul l-aħħar jiem, Keith tista’ tgħid kien fuq l-istazzjonijiet tar-radji lokali jagħti intervisti varji u jitkellem dwar il-pass li jmiss tal-karriera tiegħu. Waqt il-programm ta’ Dorian u Amber, il-preżentaturi simpatiki ddeċidew li jidħlu għal sfida. Sfida biex jaraw jekk xi ħadd minnhom ikunx kapaċi li joħodlu postu biex jaqra l-aħbarijiet.





Keith iddeċieda li jipprepara biċċa aħbar li bħalissa qed tinqara ta’ kuljum – aġġornament tal-Covid-19. Dorian u Amber laqgħu l-isfida u xi ħadd minnhom kien tassew impressjonanti bil-mod kif qara din l-aħbar. Min taħsbu li għandu l-aktar ċans minn Amber u Dorian li jieħdu postu, sabiex iwassal l-aħbar lill-poplu Malti?

Aħna ħa nħallukom taraw il-filmat u tiddeċiedu.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI