Il-ħin liberu tqattgħu tikteb, tagħlaq il-bieb u tikteb il-lirika. Ta' 7 snin diġà bdiet tikteb fuq biċċiet tal-karti, qatt ma għaqdithom f'kanzunetta waħda. 3 snin ilu kitbet din il-kanzunetta u semgħuha biss il-ġenituri tagħha. Emma hija t-tifla tal-membru parlamentari Robert Cutajar u Tracy Cutajar.
Emma kantat u daqqet kanzunetta oriġinali. Tiddedika l-kanzunetta lil oħtha li ħallietna qabel twieldet Emma. Il-kanzunetta kien jisimha, "I miss you". Kanzunetta emozzjonali mimlija mħabba dedikata minn Emma għal oħtha.

"Emma, il-kliem huma spot on, tolqot il-qalb! Mhux biss il-kliem imma kif il-kliem ingħaqdu mal-ħoss tal-vuċi!" jgħid Howard. Kanzunetta stupenda, u ħalliet lil Sarah bla kliem u tgħidilha kemm missitilha qalbha. Ray jgħidilha li l-prestazzjoni tagħha samritu. Emma jirnexxielha tbikki lil Ray, Sarah u Maxine.
Kienet Maxine li għafset il-golden buzzer li kien l-aħħar wieħed f'din is-sensiela!

Il-ġurnalist Keane Cutajar ingħaqad fuq il-palk m'oħtu waqt li awguralha tal-prestazzjoni sabiħa li tat. Emma ma setatx temmen! Mument imprezzabli fuq il-palk! Il-familja kollha miġbura fuq il-palk.

"B'unur lill-familja kollha, intom jixraqilkom!" - hekk tgħid Maxine lill-familja Cutajar. Impressjonanti brava Emma! Irridu naraw aktar minn għandek!
Ara l-prestazzjoni tagħha hawn:
Albert Camilleri / Malta's Got Talent