L-eks residenta ta' Big Brother Malta, Josline Camilleri, tkellmet waqt il-programm Kuxjenza dwar żmien iebes li għaddiet minnu riċentament wara li ma rnexxietx relazzjoni ta' 12-il sena. Apparti minn hekk wara li għalqet tletin sena, kellha sentimenti ta' dwejjaq.
"Għamilt l-ewwel xahar nibki biss, għax dan tgħaddi minn stadji differenti, meta tkun ħa tibdel ħajtek kompletament." Illum qalet li ddeċidiet li ddawwar kollox għall-pożittiv, billi tapprezza kull mument u tifraħ u tferraħ kemm tista', u tagħżel ukoll ma' min tqatta' l-ħin tagħha.
Fuq il-paġna uffiċjali, it-telespettaturi ġew infurmati li minħabba l-funzjonijiet tal-Għid, Kuxjenza se jixxandar is-Sibt fl-10.30 ta' filgħodu fuq TVM+ u l-Ħadd jibqa' fl-istess ħin, fis-18.15 fuq TVM+