Bil-Filmat: “Il-Ftit Minuti Fuq Il-Palk Li Kienu Jfissru Ħafna Għalija! Grazzi TVM” – Eileen Montesin Fuq Il-Palk Tal-MESC 2026

Ċertament li, waqt is-semifinali tal-Malta Eurovision 2026, waħda mill-aqwa sorpriżi kienet id-dehra tal-preżentatriċi unika, Eileen Montesin.

Eileen kellha ċ-ċans titkellem mal-preżentaturi tal-MESC, Keane, Destiny u Gaia, u taqsam ftit minuti magħhom f’dik l-atmosfera sabiħa li kien hemm.

Eileen kienet proprju ppreżentat il-Malta Song for Europe 2006, u dakinhar kienet hi li ħabbret ir-rebbieħ, li kien Fabrizio Faniello. Irnexxielha tagħmel dan mill-ġdid waqt is-semifinali ta’ din is-sena.

Apparti l-kumplimenti sbieħ li tawha l-preżentaturi tal-MESC, talbuha tħabbar il-ftuħ tat-televoting hi, u hi, bi professjonalità, hekk għamlet. Ċertament kien mument sabiħ u nostalgiku għaliha u għat-telespettaturi li, min jaf kemm, segwewha tul is-snin.

Araw aktar fil-filmat – f’xi ħin anke ssemmiet il-famuża Doris! Prosit kbira, Eileen! Int tibqa’ l-KWIJN!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI