Jidher li l-kelba ta’ Richard Edwards vera tobdi! F’dan il-filmat, hu jpoġġi ħelwa quddiemha u b’mod ċar jgħidilha biex ma tmissx din il-ħelwa. Hi tħares lejh u hu jirrepeti l-istruzzjonijiet tiegħu.
Kif tistgħu taraw, hu jgħidilha li tista’ tikolha kif hu jiġi lura fil-kamra u jgħidilha li tista’ tagħmel dan. Hi tidher vera dixxiplinata għax toqgħod tistenna lilu b’ħerqa sakemm jirritorna u jgħidilha li tista’ tiekol il-ħelwa li kellha quddiemha.
Il-klieb tagħkom jobdu daqshekk, jew inkella anqas tilħqu tagħtuhom xi ħaġa li ma jaqbżux fuqha? Ibgħatulna l-filmat fil-kummenti?
Facebook / Richard Edwards Micallef