Bil-Filmat: "In-Nies Xorta Qed Imutu… L-Każi Qed Jiżdiedu! Mela Mhux Mill-Barijiet…" – Rita

Din il-ġimgħa l-programm, ‘Popolin’ ta’ Quinton Scerri ddiskuta s-sitwazzjoni tal-bars f’pajjiżna. Is-sidien tal-barjiet tkellmu u esprimew il-pożizzjoni tagħhom. Rita qalet li din is-sitwazzjoni “kisritna” anzi wasslet biex tieħu l-pilloli tal-ansjetà. 

Lil Rita għadu kemm ġieha l-kont tad-dawl li jaqbeż is-€700 u trid tħallas ukoll il-bolla. Fuq Popolin tgħid li għarmiet mal-€4K ewro f’xorb u ikel meta fetħet wara l-ewwel mewġa.  Tisħaqq li dejjem żammet il-ħanut pinna u kienet fost l-ewwel li ntroduċiet is-sanitizers. 

Fuq Popolin, Rita stqarret li… “In-nies xorta qed imutu, l-każi qed jiżdiedu mela mhux mill-barijiet ġejja!”. Sid ieħor ta’ bar staqsa; “L-virus bix-xorb ser jikber?”. Dan is-sid qal li x’differenza tagħmel bejn tixrob ġo bar u tixrob l-inbid ġo restaurant filwaqt li saħaq ma jixtieq bl-ebda mod jagħmel ħsara lil dawn. Jżid jgħid ukoll li waħda mill-problemi hi fit-trasport pubbliku għax “…in-nies qegħdin spalla ma’ spalla”. 

Rita tisħaq li din hi sitwazzjoni kerha għad-dinja kollha imma… “Jew jagħlaq kulħadd jew ma jagħlaq ħadd!”.

Int x’taħseb? 

NOTA: Rita ma kinitx liebsa l-maskra eżatt sa fuq imneħirha minħabba li beda jittapnilha n-nuċċali waqt l-intervista. Apparti minn hekk fil-ħanut hi kienet WAĦIDHA. Bl-ebda mod ma kienet irresponsabbli. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI